Il-preżentatriċi ta' Ħadd Għalik Angie Lause kellha intervista ma' MT Lifestyle fejn ġiet mistoqsija 73 mistoqsijiet. 

Waħda mill-mistoqsijiet kienet jekk qatt kellha xi esperjenza fil-karriera tagħha fejn ma marx kollox kif kienet qed tistenna. Fil-fatt Angie tirrakkonta dak li ġara darba waħda waqt programm live fuq it-televiżjoni!

"Konna nafu li taf tagħmel xi ftit xita. Konna preparati. Iżda f'sekonda għamlet sajjetta u t-tinda li kellna taret u beda jaqa' l-apparat kollu". Angie tgħid li għalkemm dak il-ħin in-nies beżgħu u bdew iwarrbu, kif ukoll hi bla ma riedet inħasdet, baqgħet tippreżenta daqs li kieku ma ġara xejn bit-tbissima!

L-atmosfera kienet waħda diżastruża hekk kif waqa' kollox u Angie spiċċat mxarrba bil-maltempata li għamlet. Id-direttur kellimha fl-apparat tal-widnejn li jintużaw waqt kull programm, u qalilha: "Angie, ħa jkollok twaqqaf il-programm". Jidher li hi qablet ma' dan u kienet pronta rringrazzjat lit-telespettaturi u għalqet il-programm.

Minn din l-esperjenza Angie urietna kemm hi preżentatriċi professjonali u kemm hi kapaċi tibqa' għaddeja jinqala' x'jinqala'!

Youtube/ MT Lifestyle


Kyle Zarb