Illum il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares qasmet mas-segwaċi tagħha biċċa mill-istorja ta’ Angelina. Din iċ-ċkejkna għandha biss 7 snin, u hija mill-Ukraina. Angelina kellha titlaq minn pajjiżha fejn bħalissa tinsab għaddejja gwerra qalila bejnha u bejn ir-Russja, u ġiet Malta sabiex tirċievi trattament għall-marda tagħha.

Illum ġewwa r-Rainbow Ward fejn tinsab Angelina għall-kura sarilha festin ċkejken li inkluda wkoll it-tfal l-oħra tas-sala kollha. “Grazzi talli għamiltu dan kollu possibli” kitbu Puttinu Cares, għaliex grazzi tad-donazzjonijiet li jingħataw lilhom mill-pooplu Malti u Għawdxi, Angelina qiegħda tieħu l-kura tagħha, u bosta nies oħra qegħdin jirċievu l-għajnuna li għandhom bżonn.

Facebook / @Puttinu Cares


Nicole Zammit