Angela ltaqgħet mar-raġel tagħha meta kienet għaddejja minn separazzjoni u annulament. Għalkemm hi persuna li dejjem tidħak, Angela kienet qed tgħix żmien diffiċli. Tista’ tgħid waqt dan iż-żmien sabet anġlu!

Kollox beda minn flixkun soft drink... aktar tard offrielha xirja u għalkemm hi ħasbet ħażin, kien ikkonvinċieha biex taċċettaha. Ir-raġel tagħha jgħid il-Bambin jipprovdi lil kulħadd. Hu Musulman u r-reliġjon tiegħu tgħidlu min ikun fil-bżonn tgħinnu.

Ritratt: Facebook / Tough Luck - The Foto Grafer

Wara ftit bdew jiltaqgħu u bdiet tirrakontalu l-istorja ta’ ħajjitha. Hi tirrakonta kif kienet sabet appartament qalb il-prostituti, iżda dawn dejjem ħeġġewha biex ma taqbadx it-triq tagħhom u jekk kienet se tiġi bżonn il-flus kien se jgħinuha huma. Angela tgħid li għenuha u għenuha ħafna.

Ir-raġel ta’ Angela kien sabilha appartament fi żmien tliet ijiem wara li saqsieha jekk tridx tibqa’ toqgħod hemm jew tixtieqx li tgħix appartament. Illum ilhom miżżewġin kważi 20 sena, u flimkien 24 sena.

Is-sigriet ta’ kollox hu li ma naħbi xejn minnu. Angela tgħid li r-raġel tagħha mhux lilha biss jirrispetta imma anke jekk jara lil xi ħadd fil-bżonn. Mhux l-ewwel darba li ta kenn lil xi ħadd li għandu bżonn saqaf fuq rasu.

Għalkemm fil-programm Angela ma kellhiex xorti tajba, din tista' tgħid li sabitha fil-ħajja tagħha. Tista' ssegwi l-istorja ta' Angela hawnhekk:


Emil Calleja Bayliss