Ftit tal-ġimgħat ilu, Angela Coleiro ħabbret li ħa tieħu pawża mir-radju. Pawża li forsi ħasdet lil bosta segwaċi tal-preżentatriċi popolari lokali speċjalment is-semmiegħa tagħha li dejjem imxew magħha minn stazzjon tar-radju għall-ieħor.

Ritratt: Facebook / Angela Coleiro

Jidher li s-semmiegħa, ħa jkunu jistgħu jsegwu lil Angela Coleiro fuq it-televiżjoni. Il-preżenatriċi ma tantx żvelat dettalji għalissa imma tat indikazzjoni ċara ta' dak li ħa tkun qed tagħmel.

 "Minn Ottubru li ġej... Fuq Net Television."

Min jaf x'ħa tkun l-avventura li jmiss ta' Angela Coleiro, mhux wiċċ ġdid għat-televiżjoni għax rajnieha f'numru ta' programmi u anke f'xi drama lokali. Li nafu żgur hu... li ħafna ħa jilqgħu din l-aħbar b'mod pożittiv.

Awguri mill-qalb Angela, bħal ħafna ħa nkunu qed nistennew dak li għandek pjanat bi ħġarna. 

Facebook / Angela Coleiro


Emil Calleja Bayliss