Ilbieraħ, pass qabel il-finali, intemm il-vjaġġ ta' Andrew fuq MasterChef Malta. Ma kinitx deċiżjoni faċli għall-ġurija ta' MasterChef Malta, speċjalment meta l-platti kienu tant viċin ta' xulxin iżda xi ħadd ried imur id-dar u din id-darba kien imiss lil Andrew.
It-tim tal-produzzjoni sellmu lil Andrew fuq il-mezzi soċjali tagħhom billi kitbu, "Andrew huwa l-aħħar li ġie eliminat qabel il-finali. Andrew, l-attenzjoni metikoluża tiegħek għad-dettall u l-imħabba u d-determinazzjoni li tixħet f’kull platt kienu tassew notevoli."
Huma jżidu, "Kull platt li ppreżentajt kienet xhieda tat-talent u l-passjoni tiegħek. Aħna tant imdejqin li narawk ittemm l-avventura imma kburin bil-vjaġġ tiegħek. Awguri!"
Nawgurawlu għall-futur! Ninsabu ċerti li l-imħabba lejn l-ikel u t-tisjir ħa tibqa' hemm!
Facebook / MasterChef Malta