Fuq Instagram Melanie Kelly ġibdet filmat tagħha u ta’ Andreana Debattista flimkien fejn Andreana qalet li hi u Melanie, għal xi raġuni, huma l-wiżgħa ta’ Filfla.

L-ewwel Andreana xtaqet tara jekk hemmx xi ħadd li jsegwihom li kapaċi jaqta’ għalfejn iddeċidiet li tagħżel dan il-laqam. “Jien u Melanie għaliex it-tnejn li aħna l-wiżgħa ta’ Filfla?”

Wara siegħa ttella’ filmat ieħor fejn minn wara l-kamera, Andreana kienet laħqet spjegat lil Melanie l-idea wara l-laqam. Fil-pront bdew jillatikaw għax Andreana riedet tħalli lin-nies bil-kurzità għax skontha xi erba’ min-nies biss pruvaw jaqtgħu.

“Hux erba’ min-nies! Ma nafx kemm-il messaġġ qrajtlek, kulħadd irid ikun jaf għalfejn aħna qisna l-wiżgħa ta’ Filfla! Jien ma nistax nispjegaha!” qaltilha Melanie.

melanie

Andreana fil-pront irrispondietha:“Jien għandi dritt ngħidha biss! U mhux se ngħidha!”
“UWEJJA ĦA NISPJEGA!” bdiet twerżaq Melanie.
“Għidtlek le!!!”

Il-hint li qalet Andreana biex jippruvaw jaqtgħu in-nies kienet din: Podarcis filfolensis ssp.filfolensis.

Apparentament hija xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-Bioloġija. Intom tafu x’qed tipprova tgħid Andreana?

melanie

U bilħaqq Andreana… aħna mill-Gwida qed insegwukom żgur jekk ma tafx!

Facebook/Melanie Kelly


Nicole Barbara