Andreana DeBattista tiġi proprju oħt Carlos, jekk forsi ma kontux tafu! Ħafna jgħidu li Andreana qiegħda fl-irwol li għandha biss minħabba ħuha u xejn aktar! Aħna ġietna l-kurżità dwar dan u staqsejna ċar u tond biex naraw x'ħa twieġeb!

Ritratt: Facebook / Andreana DeBattista

Għażluk għat-tielet darba... imma inti qiegħda f’Min Imissu minħabba ħuk hux?

Kulħadd jaf li waqt Min Imissu, jiena l-ħin kollu naqla’ l-insulti mingħand kulħadd. Wieħed mill-kummenti li naqla' huwa li għażluni għax oħt Carlos. Dejjem bl-istess mod nirrispondi.

Probabbli ħafna jaħsbu li għażluni għax oħt Carlos imma naħseb mort tajjeb u li kelli nagħmel għamiltu sew għax kieku ma baqgħux jgħiduli. Wara kollox qed naħdem ma' tim eċċellenti u professjonali immens. Kieku ma laħħaqtx magħhom ilhom li keċċewni le?

Ritratt: Facebook / Carlos DeBattista

Difficli taħdem ma' ħuk? Jew ma' Abigail?

Diffiċli naħdem ma’ ħija?... S’issa m'għandix xi ngerger. Almenu meta naħdem miegħu jirnexxili ngħaddi ftit ħin miegħu. Għax il-bqija dak il-ħin kollu xogħol! Abigail u Carlos mhux ta' b'xejn joħorġu b'ħafna suċċessi għax jaħdmu bla waqfien. It-tnejn perfezzjonisti u ma jifilħux jagħmlu xi ħaġa ta’ kaf kaf. Meta taħdem magħhom titgħallem biss tista’!

Ta' min ngħidu li aħna nemmnu li Andreana qed tagħmel biċċa xogħol tal-ġenn fuq Min Imissu? Nemmnu li għandha tweġiba verament tajba għax la qed tagħmel xogħolha sew, mhux ħa tagħmel differenza jekk hiex oħt Carlos jew le! Anzi qed isservi ta' ġid għax qed tarah ukoll!

Facebook / Andreana DeBattista


Emil Calleja Bayliss