Dawk kollha li jsegwu FITam jafu li dalgħodu Miss Kelly, tafuha wkoll bħala Melanie Kelly kienet qed tippreżenta FITam weħidha. Iżda ħin min kellha kollegament mal-preżentatriċi l-oħra ta' dan il-programm, Andreana DeBattista.

Andreana qasmet din l-aħbar minħabba li bħalissa hi tinsab ġos-sodda minħabba dahra, fejn qed ikollha tistrieħ fis-sodda b'wiċċha jħares 'il fuq. Andreana bis-simpatija kollha tagħha tgħid li xorta waħda rnexxielha tidher waqt il-programm.

Hi tfaħħar lil Melanie li bħalissa qed tagħmel dan il-programm weħidha! Andreana aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, nawgurawlek fejqan ta' malajr u nittamaw li tkun fuq il-programm flimkien ma' Melanie fi żmien qasir.

Facebook / Andreana DeBattista


Emil Calleja Bayliss