Għadu kif tħabbar li fil-25 ta' Novembru li ġej, it-tenur Taljan Andrea Bocelli ġej f'pajjiżna biex ikanta f'kunċert mat-tenur Malti Joseph Calleja.
Bħalma kien il-każ fi snin imgħoddija, huma se jkunu akkumpanjati mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta u mill-BOV Joseph Calleja Children's Choir.
Dan il-kunċert, li se jittella' xahar qabel jum il-Milied, se jsir fl-MFCC, Ta' Qali.