L-anzjani huma dawk in-nies li jgħinuna nifhmu kemm il-ħajja hi sabiħa, u kemm hu tajjeb li tħares lura lejn dak li għamilt f'ħajtek u tara kemm għamilt ġid. L-anzjani huma l-persuni li għaddew minn għadd ta' esperjenzi u stejjer, li minnhom għallmu, tgħallmu, u għamlu ħafna ġid.
Il-paġna Anzjanità Attiva għadha kif ħabbret dwar avveniment li ħa jsir biex jingħata ġieħ lill-anzjani tagħna.
"Premju Anzjanità Attiva - ċelebrazzjoni ta’ xogħol, impenn u dedikazzjoni fis-settur tal-anzjanità attiva. Avveniment annwali ddedikat għall-anzjani. Ħames premjijiet: Premju Anzjanità Attiva, Premju Kulturali tas-Sena, Premju Akkademiku tas-Sena, Premju Sportiv tas-Sena u Premju Solidarjetà Interġenerazzjonali."
In-nominazzjoni ssir permezz ta’ formola li tista' tinkiseb mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva, minn Ċentru Servizz Anzjan fil-Belt Valletta, mill-paġna ta’ facebook Anzjanità Attiva, jew minn fuq is-sit elettroniku HAWN u tiġi sottomessa l-Ministeru. Tista' wkoll tibgħatha fuq [email protected].
"In-nominazzjonijiet jagħlqu fid-29 ta’ Ottubru 2021. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jibgħat mistoqsijiet fuq [email protected]. Ir-rebbieħa jitħabbru f’serata apposta mtella’ mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva f’Novembru."
Awguri lil kulħadd!