Dorian ftit tal-ħin ilu qasam ritratt flimkien ma' Amber fejn qasam din l-aħbar, "Bi pjaċir inħabbru li nhar is-Sibt, ser norganizzaw il-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020. Ingħaqad magħna fuq Television Malta wara l-aħbarijiet tas-sitta."

Din is-sena hemm tnax-il kanzunetta, b'erbatax-il kantant li lkoll qed jaspiraw li jirbħu d-dritt li jirrapreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest ta' din is-sena. Il-festival minħabba l-pandemija preżenti ħa jiġi organizzat kemxejn differenti mis-snin passati, iżda jirbaħ min jirbaħ f'pajjiżna żgur ħa jkollu l-unur li jtella' isem Malta 'l fuq.

Il-finalisti huma dawn u din hi l-ordni li ħa jkantaw fiha nhar is-Sibt fejn ħa jkun qed jinfetaħ it-televoting u int tista' tiddeċiedi min għandu jkun jew ikunu r-rappreżentanti ta' Malta ta' din is-sena fil-Junior Eurovision Song Contest. Ir-rebbieħ jew rebbieħa ħa jkunu qed jirrapreżentaw lil Malta wara Eliana Gomez Blanco li s-sena li għaddiet tajret il-bandiera Maltija bil-kanzunetta We Are More.

  1. Anġli - Leah Cauchi
  2. Replay - Michela Caruana
  3. Modern-Day Cindirella - Emma Cutajar
  4. Change The Silence - Mariah Cefai
  5. Chasing Sunsets - Chanel Monseigneur
  6. Moving - Anneka Xerri
  7. The Child From Inside - Mychael Bartolo Chircop
  8. Deck of Cards - Gianluca & Yulan
  9. Anywhere - Leah Mifud
  10. Made of Stars - Kaya Gouder Curmi
  11. Beside Me - Isaac Tom
  12. Only Live Once - Zaira & Eksenia


Anthony Baldacchino