Mument tassew sabiħ għal Amber Grace li lbieraħ irrapreżentat lil pajjiżna fil-’Euro Pop Contest’ u klassifikat fit-tielet post fost 22 kompetitur. 

Amber hi kantanta li kellha diversi esperjenzi f’bosta kompetizzjonijiet lokali fosthom Il-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2018 kif ukoll rebħet ‘Raise Your Voice’ mtella’ minn Erseb Productions.

Wara r-riżultat sabiħ ta’ lbieraħ il-kantanta rringrazzjat lill-għalliem tagħha Carlos Vella, lill-manager Erika Said kif ukoll lill-familja u l-ħbieb fuq il-Facebook tagħha li tant ikunu hemm għaliha. 

Amber tagħlaq bil-kliem: “Ninsab lesta għal aktar avventuri li ġejjin dalwaqt” u tagħtina x’nifhmu li għandha aktar esperjenzi barra minn xtutna ġejjin.

Gwida.mt jixtieq jawgura lil din il-kantanta aktar suċċessi u ninsabu  ħerqana biex naraw xi jmiss!


Kyle Zarb