Madwar xahar ilu, l-kantanta lokali Amber tilfet lin-nanna tagħha. Amber kienet verament viċin tan-nanna tagħha u ta' spiss kienet isemmiha inkluż fuq il-midja soċjali tagħha. Illum kien jaħbat għeluq snin in-nanna tant għal qalb Amber. Amber ħalliet messaġġ fuq il-mezzi soċjali li żgur mhux forsi ħa jqanqal tant emozzjonijiet fost dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż.

"Happy Birthday Nann. Issoltu nċempillek l-ewwel ħaġa filgħodu biex ngħidlek happy birthday... imma illum ma nistax. Tfajtlek ritratt tiegħek żghira nann. Is-sbuħija tiegħek kienet isaħħarni u dan ir-ritratt baqa' jafaxinnani.

Ritratt: Facebook / Amber

"Ilbieraħ għalaqt xahar mejta u għadni s'issa ma nistax nemmen. Għadni nistenna t-telefon iċempel biex nisma' leħnek, għadni nsuq għal għandek id-dar mingħajr ma naf u għadni nistenna li narak kuljum."

"Imma l-ħajja mhux dejjem kif infassluha aħna u f'ċertu mument taf tkun kiefra iżejjed. Iż-żmien iderri iżda ma jnessix. Il-firda hija kerha wisq, iżda irrid nitgħallem ngħix biha. Rabbejtna b'saħħitna ħafna, u hekk irrid nibqa' nkun. Naf fiċ-ċert li tinsab f'post aħjar nann."

"Mhux ħa ntellfek iżjed, ħa tmur tkompli tiċċelebra il-ġurnata speċjali tiegħek. Aħna hawnhekk kollox sew tinkwetax għalina. Kulħadd qed jieħu ħsieb xulxin, bħalma kont tagħmel int. Ee u bilħaq!! Serraħ moħħok m'huma jħallu ebda tisjir f'idejja. Sellilna għal dawk t'hemm fuq. Inħobbok ghal dejjem Nann."

Facebook / Amber


Emil Calleja Bayliss