Il-kantanti lokali Amber Bondin u Glen Vella qattgħu ġurnata ġewwa DAR Bjorn biex imissu b'idejhom il-ħajja f'din ir-residenza speċjali.

F'filmat qasir li tella' Bjorn Formosa fuq Facebook, jidher li l-esperjenza ta' Amber u Glen kienet waħda miżgħuda emozzjonijiet differenti; ta' ferħ u ta' niket, imma wkoll ta' apprezzament.

Amber tidher tistqarr, "Onestament jiena ma nistax nifhem kif ikollok il-kundizzjoni li għandu Bjorn, fl-istat illi huwa Bjorn, u tibqa' taħseb biss għal ħaddieħor."

Glen iżid, "Jien bdejt ngħid kemm għandna napprezzaw il-ħajja - aħna, b'saħħitna u kultant ingergru - u kultant dawn l-affarijiet jitfgħuk ġo qoxra, tipo r-realtà tmiss magħha l-biċċa xogħol u tgħid, 'Imma jien ingerger?'"

L-esperjenza tagħhom se tintwera fuq TVM illejla fid-21:00, wara l-aħbarijiet.


Bradley Cachia