Il-paġna Voice for the Voiceless tefgħet messaġġ sabiex il-klieb ma jinħarġux għal xi mixja fl-eqqel tas-sħana u tax-xemx.

Kelb huwa dejjem leali lejn sidu u għalkemm dan ikun qed ibati waqt li jkun qed jimxi fix-xemx minħabba li l-art tkun taħraq u s-sħana tkun qalila, xorta waħda jkompli bil-mixja b’mod normali. Din il-paġna xerdet ukoll ritratt ta’ kid tista’ tiġi idejn ta’ kelb wara li jkun mexa fuq l-art taħraq għal xi ħin.

Importanti li noqogħdu attenti u nibżgħu dejjem għall-annimali tagħna. Tajjeb li dejjem ikollhom ilma frisk x’jixorbu u ma jitħallewx f’postijiet fejn ix-xemx tkun qawwija għalihom.


Henzley  Bezzina