Ħafna kienu maħsuda bil-mewt tal-għażiża Maria. L-għażiża oħtha Alexania kitbet messaġġ biex taqsam id-dettalji tal-funeral u ssellem lil oħtha. Hi tikteb, "Il-funeral ta' Maria l-għażiża tagħna ħa jsir nhar it-Tlieta 19 ta' Novembru fl-10:00 fil-Knisja Parrokjali ta' Santa Venera. Napprezzaw il-preżenza ta' min jista' jagħtiha l-aħħar tislima magħna."
Hi żżid, "Ħallietna f'età żgħira, ma kellhiex ħajja faċli fejn jidħol mard, però kienet mimlija mħabba mingħandna u qatt ma nqasnieha f'xejn, speċjalment ommi li għamlet kollox għal Maria. Emmint li konna ħa nirbħuha din il-battalja u għentek, però ġismek ma felaħx."
Oħtha tkompli, "Kellu pjanijiet oħra għalik il-Bambin, sejjaħlek u issa qiegħda fejn in-nanniet u ħutek. Għandha anġlu ieħor fis-sema li hija oħti Maria. Il-vojt jinħass, mhux faċli l-firda imma m'intix qiegħda tbati iktar. Bqajna miegħek sa l-aħħar u rajniek tieħu l-aħħar nifs."
Hi żżid, "Xtaqtek tqum imma irqadt għal dejjem, ma rridx nemmen sakem ġie in-nurse jikkonferma. Fl-aħħar ftit minuti kont mistrieħa u waqfet it-tbatija tiegħek però tagħna kompliet iktar bin-nuqqas tiegħek. L-aħħar li tkellimna l-Erbgħa ngħidlek biex tikol u l-mummy tgħidlek goodnight u kellek tħallina is-Sibt fis-2:30, u kien hemm missierek miegħek ukoll. M'għandix ma' min naqbad iktar."
Oħtha ttemm, "Inħobbuk għal dejjem u ħu ħsieb l-mummy minn hemm fuq li dejjem ħabbitek u tagħtek dak kollu li xtaqt f'ħajtek. Napprezzaw jekk flok fjuri tagħtu donazzjoni lil Puttinu Cares għan-nom ta' Maria."
F'isem it-tim tagħna ta' Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna u nittamaw li jsibu l-faraġ li tant għandhom bżonn. Strieħ fis-sliem Maria u ibqa' ħares fuq l-għeżież tiegħek.