Fuq il-midja soċjali għadha kemm tħabbret it-telfa ta’ Victor Tabone, wieħed mill-ewwel preżentaturi ma’ Radio 101. Hu kien magħruf bħala l-Mitch, u ħafna jibqgħu jiftakkruh għall-programmi tal-mużika fost l-oħrajn.
Clyde Puli sellem il-memorja tiegħu. “Ħalliena DJ Victor Tabone magħruf bħala l-Mitch. Iħalli warajh ħafna memorji sbieħ. Ieħor mill-grupp tal-1991 li flimkien ftaħna Radio 101 – John Bundy, Charles Saliba, Monica Attard, jien u tant oħrajn.”
Strieħ fis-sliem Victor. Kondoljanzi minn qalbna lill-familjari, qraba u ħbieb kollha.
Facebook/ Clyde Puli