L-esperjenza ta' suċċess għal Matthew Sant Sultana tagħlaq illum hekk kif kellu l-aħħar programm mill-produzzjoni Mhux Kemm Taf. Matthew jirringrazzja minn qalbu lit-telespettaturi kollha u juri l-apprezzament tiegħu permezz ta' messaġġ mill-qalb.

"Kont vera kuntent x'hin smajna kemm kien mahbub minnkom dan il-Programm u l-One rega avvicinana ghal skeda ohra u kemm kienu kuntenti . Grazzi kbira minn qalbi ,hallejtuni bla kliem" Matthew jieħu l-okkażjoni biex jawgura lil kulħadd f'dan iż-żmien ta' festi. 

Dan mhuwiex biżżejjed - Matthew jħabbar ukoll li ser jerġa' magħna b'aktar u aktar! "Inweghdkom li s-sena li gejja ha ntikom aktar dahk u ferh. Għal darb'oħra Grazzi!". Għal Matthew intom l-udjenza u t-telespettaturi u l-appoġġ tagħkom kontu l-isbaħ rigal li qatt seta' jkollu llum!

Prosit Matthew u nawgurawlek aktar suċċessi!


Kyle Zarb