Ħallietna Simone Cini, ħabiba ta' ħafna personalitajiet li lkoll kitbu messaġġ biex jsellmu l-memorja tagħha. Fost dawn kien hemm l-istilista Celine li kitbet, "Kienet mara tal-ġenn li dejjem tkun hemm għalik biex tgħinek. Dejjem idaħkek minkejja kollox".

L-attriċi Lorraine Degiorgio kitbet, "Ħallejtna kmieni wisq. Kulħadd jikteb fuqek u kulħadd kliem ta' tifħir. Kont tirrispettani u dejjem ġibtlu tbissima. Dejjem bi tbissima u tferrah bil-preżenza tiegħek, tkun fejn tkun". Proprju 6 tijiem ilu biss Simone Cini ċċelebrat għeluq sninha.

Simone Cini tiġi z-zija tal-kantant Domnic Cini u l-attriċi Charmaine Cini. 

Strieħ fi sliem għażiża!


Anthony Baldacchino