Il-paġna tal-Forn tal-Maxokk għadhom kemm sellmu l-memorja għażiża Nancy Farrugia (Lonza), li l-Mulej għoġbu jsejħilha għall-ħajja ta' dejjem illum 19 ta' Settembru 2024.

Lonza tiġi l-oħt iż-żgħira ta' Marija Attard (il-mara ta' Pawlu l-Maxokk).

Bi qsim il-qalb, il-Forn tal-Maxokk sellmu l-memorja ta' Nancy Farrugia:

"Zija Lonza, grazzi tal-esperjenzi sbieħ li ħloqna flimkien u grazzi tal-memorji li ser jibqgħu mnaqqxin għal dejjem f'qalbna. Ħallejtna fiżikament però f'qalbna ser tibqa' tgħix għal dejjem."

Id-dettalji tal-funeral ser jinghataw izjed tard.

Strieħ fis-sliem Lonza! F'isem tim Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb. 

Facebook / Maxokk Bakery


Kylie Ann Chircop