Nhar il-Ħadd li ġej se tkun qed issir maraton ta’ ġbir ta’ fondi b’risq Hospice Malta u din se tkun qed tidher fuq l-istazzjonijiet lokali. Fuq il-paġna ta’ Hospice Malta ttella’ filmat fejn tkellmet Moira Stafrace u qalet li allaħares ma kinux il-Hospice għalija minħabba ż-żmien diffiċli li tinsab għaddeja minnu bħalissa.

Sfortunatament, f’sena Moira tilfet lil ommha, missierha, u lil żewġha Chris. Dan kien żmien diffiċli għal Moira u l-familjari tagħha, iżda grazzi għal din l-għajnuna hija sabet is-sapport li tassew kellha bżonn f'dawn il-mumenti diffiċli. 

“Jien umana bħal kulħadd. Hemmhekk il-Hospice daħlet, u daħlet bi ħġarha”, żiedet tgħid Moira. Tajjeb li nhar il-Ħadd il-pubbliku jagħti sehemu sabiex jinġabru l-flus għal Hospice Malta biex dawn jibqgħu jgħinu lil dawk kollha li jiġu bżonn is-servizz u l-għajnuna tagħhom.


Henzley  Bezzina