Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta' Carmen Ellul, lil Carmen probabbli tiftakruha fuq it-televiżjoni mal-kantant u preżentatur lokali Janvil. Hi kienet tidher miegħu fuq Luxdesign.

Janvil jikteb, "Dalgħodu, tħabbira li żgur ma kontx qed nistenna. Għażiża Carmen Ellul, kemm qattajna ħin flimkien fil-filming waqt Luxdesign għal snin sħaħ, kemm konna nidħku b’xi farsa minn tiegħi. Kemm qed jiddispjaċini. O Alla, agħtiha l-mistrieħ ta' dejjem lil għażiża Carmen u wassalha ħdejk, Ammen. Dejjem f’qalbna, għażiża, u qatt minsija."

F'isem it-tim ta' Gwida, insellmu lil Carmen u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u l-ħbieb tagħha. Nitolbuha tkompli titlob għalihom u ssabbarhom f'dan iż-żmien diffiċli.

Strieħ fis-sliem għażiża!

Facebook / Carmen Ellul


Emil Calleja Bayliss