Lura f'Diċembru li għadda, Alexia Pauline Tabone rebħet id-dritt li tirrapreżenta lil Malta ġewwa Miss Earth wara li ġiet inkurunata bħala Miss Malta. Hi ħa tkun qed titlaq lejn il-Filippini din il-ġimgħa. Alexia hija infermiera, għandha 24 sena u rebħet il-kompetizzjoni f'isem Ħal Tarxien. 

Aktar kmieni din il-ġimgħa ħareġ il-filmat tat-tfajla Maltija fejn qed tintroduċi lilha nnifisha u lil pajjiżna. Tiftaħar bil-wirt li pajjiżna jgawdi minnu u twissi li rridu nippreżervawh. Bħala parti mill-kampanja tagħha, kif wieħed jista' jaraw fil-paġna ta' Miss Malta, Alexia qed tagħmel mill-aħjar sabiex tippromovi diversi inizjattivi ambjentali.

F'isem Gwida.mt nawguraw lil Alexia f'din l-avventura u nixtiequlha l-isbaħ suċċess f'isem pajjiżna. Awguri!


Emil Calleja Bayliss