Rachel Vella, fl-okkazzjoni “Una Notte Con Le Stelle” u seba’ snin ta’ “Tista’ Tkun Int” ħadet l-opportunita; biex tiftakar ftit dwar l-esperjenza tagħha ma’ Albano Carrisi, fejn kien ħa sehem fuq “Tista’ Tkun Int” biex jaqta’ x-xewqa ta’ persuna.
Hi kitbet, “Għandi bżonn ngħid, Albano kien eżempju ta’ grazzja u ġenerosita’. Mhux biss sab il-ħin mill-iskeda mimlija tiegħu biex itir lejn Malta għall-ispettaklu tagħna, biex jaqta’ x-xewqa ta’ waħda mill-mistednin tagħna, imma anke stedinna d-dar tiegħu Puglia fejn qagħad magħna minn filgħodu sa filgħaxija. Iva, anke libes il-kappell tal-kok, isajjrilna u jagħmel memorji li ma ninsa qatt magħna. Dawn il-memorji dejjem se jkollhom post speċjali f’qalbi.”
Hi kompliet, “7 snin glorjużi ta’ “Tista’ Tkun Int” u jien grata għal dejjem għal kull persuna li ltqajt magħha, u mumenti maġiċi bħal dawn.”
Grazzi mmens lil Rachel Vella talli qasmet memorji tant speċjali magħna biex aħna nifhmu kemm hu persuna ta’ qalb tajba Albano Carrisi.
Facecbook / Rachel Vella