Alana Bondin żgur mhux forsi li mhix wiċċ ġdid, rajnieha diversi drabi tiżfen ma' numru ta' personalitajiet lokali peress li hi tmexxi A-Line Dance Academy, hi wkoll fotografu. Ħadmet ma' wħud mill-aktar personalitajiet popolari f'pajjiżna inkluż l-aħwa Faniello, Fabrizio u Claudia.
Ritratt: Instagram / Alana Bondin
Ilbieraħ Alana kienet qed tiċċelebra jum speċjali, hekk kif kienet qed tiċċelebra l-għaxar sena minn meta bdiet toħroġ mal-għarus tagħha Nicholas, li aktar tard is-sena d-dieħla ħa jsir ir-raġel tagħha.
Ritratt: Instagram / Alana Bondin
F'sensiela ta' ritratti ħelwin li xeħtet fuq instagram, Alana fakkrek dan il-jum speċjali għal koppja żagħżugħa. Biex jiċċelebraw din il-ġurnata l-koppja jidher li għamlu ġurnata fuq il-baħar iduru u jgawdu wħud mill-aqwa bajjiet ta' pajjiżna.
Ritratt: Instagram / Alana Bondin
Xi trid aktar milli tiċċelebra jum għażiż u tgawdi l-pajjiżna fl-istess ħin. Għandna diversi postijiet sbieħ naturali u ċertament li idea sabiħa li koppja tgawdi u żżur dawn il-postijiet flimkien. Ġieli mort xi mawra fuq xi kayak biex tiċċelebraw jum speċjali?
Ritratt: Instagram / Alana Bondin
F'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja ġejjien hieni mimli b'dak kollu li tixtieq qalbhom. Awguri Alana u Nicholas.
Instagram / Alana Bondin