Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet, kif ħabbarnielkom fuq is-sit tagħna qalu iva lil xulxin Alan u Marlon. Mill-filmat ta' qabel it-tieġ, issa ngħaddu għar-ritratt tat-tieġ, kif ukoll filmat ta' żifna li l-koppja preparaw għal dan il-jum speċjali!

Ritratt: Facebook / Matthew Cutajar - ICam Studios

M'hemmx ħafna xi tgħid, ir-ritratti jagħtu ħjiel ta' dak li kien għaddej u tal-ġurnata sabiħa li l-koppja kellhom iċ-ċans li jgawdu flimkien imdawrin ma' dawk l-aktar għeżież għalihom - familjari u ħbieb tal-qalb.

Ritratt: Facebook / Matthew Cutajar - ICam Studios

Hawnhekk naraw ritratt ma' Michela, li ġiet bħala sorpriża għal koppja. Sorpriża li żgur li ħadu gost biha u d-daħka fuq wiċċhom tidher ċara għal din is-sorpriża. Michela awgurat lil koppja f'dan il-jum tant speċjali għalihom.

Ritratt: Facebook / Matthew Cutajar - ICam Studios

Il-mument li wieħed ikun qed jistenna f'kull tieġ, il-parti tal-qsim tal-kejk imdawrin ma' dawk kollha mistednin għal din iċ-ċelebrazzjoni u ma setax jonqos li l-koppja jmorru għal kejk ikkulurit. 

Ritratt: Facebook / Matthew Cutajar - ICam Studios

Hawn tistgħu taraw il-filmat taż-żifna li Alan u Marlon pjanaw flimkien maż-żeffiena tagħhom. Żgur li dawk li kienu preżenti ħadu gost bl-ispetakklu offrut minn din il-koppja u l-grupp tagħhom.

F'isem Gwida.mt nawguraw lil koppja f'dan il-pass li ħadu u nixtiequlhom ħajja feliċi flimkien.

Facebook / Matthew Cutajar - ICam Studios


Emil Calleja Bayliss