Il-kumpanija teatrali Anici tal-Qormi illum sellmu lil Luciano Apap. Il-palk kien iħobbu wisq u kien jitkellem b'passjoni liema bħala. Il-Kumpanija li dejjem tant għożż bgħatet il-kondoljanzi lill-familja Apap. Strieħ fi sliem Luciano, il-Qriema jirringrazzjawk tal-ħidma li għamilt matul is-snin. 

Luciano mar jingħaqad mal-mara tiegħu li ħallietna f'Ottubru tal-2014. Għal bosta snin Luciano kien jieħu ħsieb il-libretti tal-innijiet u kien ukoll preżentatur tal-programmi fuq Radju Leħen il-Belt Ġorjana. 


Anthony Baldacchino