Temp imsaħħab u ħalbiet ta' xita huma mistennija għal matul din il-ġimgħa. Minkejja li t-temp qed ivarja, jidher li skont l-uffiċċju meteoloġiku, aktar xita mistennija tasal fuq il-gżejjer tagħna fil-ħin li ġej.
Kien hemm lokalitajiet affettwati iżda oħrajn le. "Aktar xita prevista il- lejla. Hemm lokalitajiet fejn lanqas ixxarrbu oħrajn 'il fuq minn 30mm xita." kitbu fuq il-paġna Aġġornament tat-Temp