Hekk kif l-awdizzjonijiet ta’ BRILLANTI SINGERS daħlu fil-ħames ġimgħa tagħhom, l-eċitament qed jibqa’ dejjem jikber, hekk kif ftit fadal postijiet għal ħafna żgħażagħ Maltin u Għawdxin – u anke lil hinn – biex jgħaddu għall-kwarti tal-finali.
It-taqtigħa ħelwa qed tkompli ssir aktar diffiċli hekk kif kull wieħed u waħda minn dawn iż-żgħażagħ jittamaw li jirbħu total ta’ €30,000 biex javvanzaw fit-talent tagħhom fil-kant!
Iżda biex jaslu sa din il-ħolma, iridu jgħaddu mill-idejn professjonali ta’ Sarah Harrison, Verdiana, u n-niesuberanti Nate Morrison, li t-tlieta li huma qed ifittxu min hu verament Brillanti.
U llejla, Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu ta’ Brillanti ħejjew programm tassew mill-isbaħ! Tgħid il-brava Martina Borg se tħoll lill-ġurija bil-vuċi unika tagħha? Josephine Marie Grima se jirnexxilha żżomm il-bandiera Għawdxija mnebbħa u tgħaddi għall-kwarti tal-finali? U ż-żagħżugħa Natalia Xerri se tegħleb l-eċitament ta’ qabel ma titla’ fuq il-palk maestuż ta’ Brillanti?
Minn fejn ġejja l-kunfidenza kollha ta’ Jade Schembri? Se tkun biżżejjed biex timpressjona lill-ġurija tagħna? U xi dwett ser jagħmel a cappella Emanuel Matrullo – Taljan residenti f’Malta – ma’ Verdiana?
Fuq il-palk se jitilgħu wkoll it-tfal bravi tal-kor La Voix Harmonies! X’se jiġri meta jilmħu lill-ġurija tagħna? Żgur li Brian se jħallikom b’ħalqkom miftuħ – il-karizma, il-kuraġġ u s-simpatija tiegħu huma inkredibbli! Iva, se nitbissmu mhux ftit meta Brian jitkellem mal-ġurija tagħna, għax simpatija u ħlewwa għandu biex ibigħ!
Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, iċ-ċkejkna Emma Camilleri żgur li se tisraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha hekk kif titla’ fuq il-palk – u nistgħu nassigurawkom li xi demgħa jew tnejn se taħrbulkom ukoll!
Mela, llejla titilfux BRILLANTI SINGERS – garanzija ta’ spettaklu li hu xejn inqas minn BRILLANTI – fid-20:45 fuq ONE!