Chaka Khan żgur li isem li ħafna jafu bih u jekk forsi ma smajtux bih... ċertament li smajtu kanzunetti bħal I'm Every Woman u Ain't Nobod, fost oħrajn. Milli jidher Chaka Khan libset il-boots tad-duo għall-feature ta' Power of Women 2019. B'ċajta Charles kiteb "id-darba li ġejja uri il-boots ftit aktar."

Ritratt: Facebook / Charles Van Maarschalkerweerd Borg

Ilbieraħ personalità oħra Nicole Williams, magħrufa fil-programm Amerikan WAGS ukoll libset tibdila ta' Charles & Ron. Fir-ritratt li qasam Charles mas-segwaċi tiegħu tidher flimkien mal-famuża Paris Hilton, li żgur mhux forsi ma għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni.

Ritratt: Facebook / Charles Van Maarschalkerweerd Borg

Min jaf min hi l-istilla li jmiss li ħa tkun liebsa xi ħaġa ta' dan id-duo? Ċertament li qed ikomplu jpoġġi isem pajjiżna fuq il-mappa fid-dinja tal-moda! Ninsabu ħerqana sabiex naraw min imiss!

Ritratt: Viktor Vella - Facebook / Charles Van Maarschalkerweerd Borg


Emil Calleja Bayliss