Kieku llum taħbat il-festa tat-Trinità fil-Marsa. Forsi smajtu kemm jiċċelebrawha bil-kbir din il-festa l-poplu Marsi. Imma Covid-19 qatgħet ħafna mill-ferħ kulturali din is-sena u m'hemmx x'tagħmel! Illum se ssir adorazzjoni fil-Knisja tal-Marsa għall-ħabta tas-18.00.

Ritratt: Clint Baldacchino

Imbagħad ser ikun hemm ukoll spettaklu tan-nar fl-22.00. Nawguraw il-festa t-tajba lilkom! Forsi hawn min jgħid kemm se ndumu ngħidu fuq festi u mhux festi; irridu niftakru li bħal ma hawn min ma jitlifx logħba futbol jew ma jitlifx sensiela televiżiva jew ma jmurx safra għax ma jħossux sodisfatt, daqstant hawn mijiet li għalihom il-festa hija kollox.

Kuraġġ!

Ritratt: Facebook/ Clint Baldacchino


Clifford Galea