Dalgħodu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li 60% tal-popolazzjoni Maltija hija mlaqqama kompletament filwaqt li 78% tal-popolazzjoni rċeviet l-ewwel doża tal-vaċċin. Din hi aħbar tajba mmens għalina lkoll.

It-tilqim ikompli għaddej. Dawk kollha li għadhom ma applikawx għall-vaċċin jistgħu jżuru s-sit www.vaccin.gov.mt. Tajjeb li nfakkru wkoll li t-tfal bejn 12 u 15-il sena issa wkoll jistgħu japplikaw għall-vaċċin.

Dan jawgura tajjeb għalina lkoll hekk kif permezz tal-vaċċin, il-virus ikollu anqas ċans li jinfirex u li jkollu konsegwenzi fuq is-saħħa tagħna.

Facebook / Chris Fearne


Emil Calleja Bayliss