Il-kompetizzjoni Mużika Mużika kienet tassew ta' suċċess, tant li l-album uffiċjali ta' dan l-istess festival instema' fuq il-pjattaformi diġitali aktar minn 100,000 darba!

L-album indaqq fuq pjattaformi popolari bħal Spotify, Apple Itunes, Amazon u Deezer. Skont sorsi infurmati l-album semgħuh 85% Maltin u 15% utenti barra minn xtutna. Dan hu unur kbir hekk kif il-lingwa Maltija qed tindaqq anke barra minn pajjiżna.

Fost l-aktar kanzunetti li ndaqqu minn dan l-album hemm Naħseb Fik (Aidan/ Aidan/ Aidan), Ħarsa Biss (Glen Vella/ Philip Vella/ Joe Julian Farrugia), L-Ewwel Jien (Kantela/ Elton Zarb/ Joe Julian Farrugia), Għażiż (Danica Muscat/ Emil Calleja Bayliss/ Cyprian Cassar) u Għajjejt Inħobb (Christian Arding/ Rita Pace/ Gilbert Bibi Camilleri).

Minn qalbna ngħidu prosit kbira lit-tim kollu wara dan il-festival li tant ħalla impatt pożittiv! Festival li l-Malti ried bil-qalb!


Kyle Zarb