Ninsabu f'nofs dan l-ispettaklu mimli enerġija, emozzjoni, passjoni u divertiment! Infakkrukom li jekk tidħol fuq il-paġna uffiċjali ta' Mużika Mużika HAWN tista' ssegwi  anke l-lirika ta' kull kanzunetta. Xi ħaġa sabiħa li tammira u rapprwzza aktar il-kanzunetta hekk kif tifhem aktar il-messaġġ tal-kliem waqt li taqrah.

Artist: CODA | Kompożitur: Paul Giordimaina | Awtur: Fleur Balzan

Ħames kantanti veterani jingħaqdu biex iwasslu messaġġ ta’ pożittività permezz tal-kanzunetta Flimkien. Il-mużika għandha poter speċjali li kapaċi tibdel il-burdata ta’ dak li jkun fi kwalunkwe sitwazzjoni. Kanzunetta bi stil pop li tipprova twassal il-ferħ tal-mużika lil kull min qed jismgħha. Is-sabiħ ta’ din il-kanzunetta hu li għalkemm kull kantant għandu l-istil uniku tiegħu, il-mużika rnexxielha tgħaqqadhom flimkien.

Artist: Michela Galea | Kompożitur: Gilbert ‘il-Bibi’ Camilleri | Awtur: Emil Calleja Bayliss

Ġawrha hija kanzunetta bi kliem mirqum li jirrifletti l-messaġġ tal-istess kanzunetta, li l-imħabba bla qies hija imprezzabbli bħal ġawhra prezzjuża. Kanzunetta miktuba fuq stil pop li Michela tinterpreta bi prestazzjoni elettrifikanti.

Artist: Drakard u Lisa Gauci | Kompożitur: Cyprian Cassar | Awtur: Emil Calleja Bayliss

Jekk Mhux Int hija ballad miktuba fuq stil klassiku, li titkellem dwar l-imħabba bejn żewġ żgħażagħ li għadhom fil-fjur ta’ ħajjithom. Kulħadd jiftakar l-ewwel imħabba tiegħu, u l-emozzjonijiet intensi li ġġib magħha. Dik l-imħabba mimlija passjoni li tinbet u tikber u li ġġiegħlek tħossok li ma hemm xejn isbaħ minnha u li ma jista’ jkun ħadd aktar għalik jekk mhux il-persuna li tħobb.

Festivals Malta


Kyle Zarb