Fid-9 ta' Settembru l-kantant Aidan ta sorpriża lis-segwaċi kollha tiegħu bl-aħbar li ser jirritorna b'kanzunetta ġdida, u din id-darba mal-mużiċist lokali popolari Carlo Gerada. Hu kiteb li din il-kanzunetta ser tkun qed toħroġ fis-16 ta' Settembru, jiġifieri jumejn oħra!

Din hi kollaborazzjoni partikolari, ibda biex għax l-ewwel darba li qed naraw lil Aidan u lil Carlo jikkollaboraw flimkien. Xi ħaġa rari ħafna hu l-istil tal-kanzunetta magħqud mal-lingwa Maltija. Mill-filmat ta' 34 sekonda li tefa' Aidan illum fuq TikTok seta' jinki xi ftit lill-pubbliku billli semma' parti mill-kanzunetta. Żvela parti mil-lirika wkoll li tgħid, "Ħdejk kull filgħaxija, Jekk tiftakar fija".

Tgħid ħa nagħlqu s-sajf bil-kbir fl-2021?!

@itsaidanofficial

Ħdejk kull filgħaxija, Jekk tiftakar fija ✨ My new track 24/7 is out this Thursday with @carlogerada

♬ original sound - AIDAN

Gwida.mt