Aidan se jkun qed jaqra l-punti tal-voti Maltin għada waqt il-Final tal-Eurovision 2022 għada filgħaxija.
Aidan kien ikkompeta fil-konkors tal-Malta Eurovision u kien ġie fit-tieni post bil-kanzunetta ‘Ritmu’.
F’intervita ma’ TVM hu qal, “ninsab onorat u kuntent ferm li Television Malata għażluni bħala kelliem għal dis-sena. Il-Eurovision huwa pjattaforma kbira għal kull artist u ninsab ħerqan li ser ikolli din l-opportunità.”
Sfortunatament Malta għada mhux se tkun qed tipparteċipa fil-finali hekk kif Malta ma kklassifikatx mal-għaxar finalisti fis-semi-finali tal-bieraħ.
Facebook/Aidan