Drajna nisimgħu mużika oriġinali mill-kantawtur lokali AIDAN. Kmieni llum l-artist lokali ħareġ il-kanzunetta bl-isem ta' Hero, kanzunetta li nieda waqt il-kunċert li tella' x-xahar li għadda f'Ta' Qali. Kunċert li ra madwar 5,000 persuna jattendu bi ħġarhom biex jisimgħu l-kanzunetti li għamlu tant u tant suċċess fil-gżejjer Maltin.

Il-kanzunetta Hero għandha laqta' ta' Malti mħallat mal-Ingliż, stil li tista' tgħid illum il-ġurnata AIDAN hu magħruf sew għalih. Kanzunetta mexxejja iżda meta mqabbla mal-kanzunetti li ħareġ dan l-aħħar il-kantant, hija b'ritmu ftit inqas mgħaġġel fil-versi. Iżda hi kanzunetta li bla ma trid mill-ewwel darba li tismaha, tibda tkanta magħha.

Nistennew li din il-kanzunetta, għal darb'oħra tiddomina l-klassifiċi lokali u tkun waħda mill-kanzunetti tas-sajf 2024. Għidulna x'taħsbu minn din il-kanzunetta fil-kummenti fuq Facebook!

Facebook / AIDAN


Emil Calleja Bayliss