The Feeling, il-kanzunetta tal-kantant AIDAN bħalissa qiegħda tiddomina l-klassifiċi lokali u tindaqq fuq l-istazzjonijiet tar-radju lokali bla waqfien. Aħna ta' Gwida diġà ġibna din il-kanzunetta fuq Gwida.mt minħabba l-fatt li meta AIDAN kien qed jiffilmja din il-kanzunetta kien kważi spiċċa f'idejn il-pulizija. Aktar dwar dan billi tafgħas HAWN.

F'kuntatt li aħna ta' Gwida.mt għamilna mal-kantant dwar dan is-suċċess li l-kanzunetta qed tikseb, qalilna li jinsab ferm kuntent li jara l-prodott tiegħu jiġi apprezzat mir-radjijiet u anke mis-semmiegħa. Il-kanzunetta infatti tista' tgħid qabżet lill-akbar artisti f'Malta. 

Dan huma l-akbar suċċessi s'issa ta' din il-kanzunetta fil-klassifiċi lokali:

  • PRS - Numru 1
  • ONE Radio - Numru 1
  • MVTV - Numru 2
  • Radju Malta - Numru 2
  • 89.7 Bay - Numru 3

AIDAN stqarr magħna li din hi l-istess kanzunetta li hu kien ħadem fuqha apposta u għażilha biex ikantaha fil-fażi tal-judges houses f'X Factor Malta, fejn il-vjaġġ tiegħu ntemm. Sfortunatment, is-segwaċi ta' dan il-programm ma' kellhomx iċ-ċans jaraw lil Aidan jinterpreta The Feeling fuq X Factor minħabba l-fatt li l-produtturi kienu għażlu li juru t-tieni kanzunetta li kien prepara dakinhar li kienet Slow Hands ta' Niall Horan.

Sfortunament il-kantant ma kellux iċ-ċans li jinterpreta din il-kanzunetta f'dan l-ispettaklu li Malta tieqaf biex tara... imma l-fatt li llum qed tikseb dan is-suċċess żgur timlieh b'determinazzjoni. Jixtieq iwassal il-messaġġ li meta wieħed ikollu prodott li temmen fih, għandek tagħmel minn kollox biex tibqa' miexi 'l quddiem. 

F'isem Gwida.mt nawguraw lil AIDAN aktar suċċessi bħal dawn, ħerqana sabiex nisimgħu aktar kanzunetti mingħand dan il-kantawtur! 


Emil Calleja Bayliss