It-tielet episodju ta' T13ttax ħa jkun qed ilaqqagħna ma' persuna interessanti mmens. Il-preżentatriċi Clara Farrugia ftit tal-ħin ilu tellgħat il-filmat tal-promozzjoni għall-episodju li jmiss. Hi tintroduċi lill-mistieden tagħha bħala l-kbir nett tal-Mażunerija f'Malta.

Clara fil-promozzjoni tidher tgħid, "Aħna qegħdin fil-post fejn jiltaqgħu l-mażuni u int il-Gran Mastru l-Kbir tal-Mażunerija f'Malta." Fil-filmat ukoll issemmi, "Politiċi, maġistrati, imħallfin, pulizija, individwi f'kariga għolha fis-soċjetà, jistgħu jkunu fil-mażunerija?"

Il-Gran Mastru jtemm jgħid li huma kapaċi jagħrfu lil xulxin kemm fid-dawl u kif ukoll fid-dlam. Żgur li intervista li ħa toħloq ħafna u ħafna diskussjoni, u tiġġenera ħafna interess.

T13ttax jixxandar kull nhar ta' Ħamis fid-21:00 fuq TVM. Ħa tkun qed isegwi?


Emil Calleja Bayliss