Nate, Frank & Rossi preparaw siltiet mill-aqwa partijiet tal-programmi li kellhom tul din is-sena! Waħda mid-diskussjonijiet li kellhom kienet dwar xiex kienu jiġġieldu ma' ħuthom! Nate jistqarr li l-argumenti li jkollu ma' ħuh huma meta jkunu jridu jmorru xi post jew ieħor għax Nate ikun irrid isuq hu!

Frank jistqarr li ma tantx għadu jiġġieled ma' ħuh iżda meta kienu żgħar kienu jiġġieldu ħafna fuq l-ikel, speċjalment il-piżelli u l-fażola! Huma kienu joqogħdu jgħoddu kull waħda biex jaraw li għandhom indaqs! Valentina tgħid forsi għax tewmin u ta tewmin li huma jkunu jridu li jkollhom kollox indaqs!

Imma kif jgħidu, il-kbir kien għadu ġej! Valentina qalet li hi u ħuha kienu jiġġieldu l-aktar min ħa jieħu banju l-ewwel! Dan għaliex wara l-iskola, kellhom ritwal fejn hi u ħuha jieħdu banju wara xulxin! Kienu jinħaslu fl-istess ilma, allura min jidħol jinħasel l-ewwel kien ikollu l-ilma sħun u nadif!

Valentina tgħid li damu jagħmlu dan sa meta kellhom xi ħdax-il sena imbagħad ir-ritwal waqaf! Frank u Nate ovvjament bdew jaqbdu magħha u jgħidulha li ommha ma tantx kien jiġiha għoli l-kont! Intom ġieli kellkom xi esperjenza simili meta kontu żgħar? Fuq xiex kont tiġġieldu ma' ħutkom! Għidilna fil-kummenti! 


Emil Calleja Bayliss