Tul il-kompetizzjoni Malta’s Got Talent, Ike u Kaya irnexxielhom jiksbu suċċess kbir bl-interpretazzjonijiet tal-kanzunetti magħżulha minnhom, ikunu dejjem ta’ suċċess. Iżda issa li l-kompetizzjoni spiċċat x’se jiġri minnhom? U kif kienet l-esperjenza tagħhom tul il-kompetizzjoni?

X’kienet l-aqwa ħaġa li ġratlek tul is-sena 2020 u x’qed tistenna mis-sena 2021?

2020 ma tantx kienet sena tajba għal kulħadd għax għaddejna minn ħafna affarijiet fid-dinja kollha, imma xorta nibqa’ niftakarha tul ħajti kollha għax ġietni l-opportunità kbira li nieħdu sehem f’Malta’s Got Talent u x-xewqa tagħna qtajniha, dik li naslu sal-finali.

 

Kif tiddeskrivi l-esperjenza fuq Malta’s Got Talent? Taħseb li kienet għażla tajba li kkompetejtu bħala dwett?

Iva ħafna, qatt ma konna bsarnijha li ħa nkunu bħala dwett, filfatt aħna applikajna b’mod individwali għal dan il-programm, imma ġidbulna l-attenzjoni u saqsewna jekk naqblux li nidħlu bħala dwett. Aħna aċċettajna u kienet l-aħjar għażla li għamilna. Kienet esperjenza sabiħha immens u ma xtaqnijiex tispiċċa, ħdimna ħafna ħafna fi żmien qasir għax ovjament ma kellna xejn preparat flimkien. Ġieli ġew mumenti iebsin ħafna imma aħna, flimkien mall-ġenituri u l-għalliema tagħna, konna tim u ħdimna b’mod tajjeb u llum il-ġurnata ferħanin ħafna bil-performances tagħna.

 

Messaġġ qasir għas-sena 2020 lil dawk kollha li ssapportjawkom. 

Nixtieq ngħid grazzi lil kulħadd ta’ kemm ħabbewna nies, il-poplu Malti u Għawdxi kollu ta’ kemm issaportjana għax mingħajrhom ma konniex naslu fejn wasalna.

 

Kien hemm xi ħaġa li tista’ tgħid is-sena 2020 għallmitek li ħa ġġorrha miegħek tul is-snin?

L-2020 għallmitni li jekk xi darba tħossok ħa taqta’ qalbek, qum minn hemm, żomm saqajk mal-art u kollox jirnexxi jekk ikollok tagħma u fiduċja fik innifsek.

 

Ħafna jinsabu ħerqana dwar x’għandna nistennew minn Ike u Kaya għas-sena 2021. X’hemm imħejji?

Ike u Kaya mhux se jieqfu żgur. Ħa nkomplu naħdmu flimkien, ħa nkomplu nagħmlu dak li verament inħobbu. Il-pjanijiet li għandna mħejjija ħa nħalluhom sorpriża ❤ Żgur li fl-2021 ħa tkomplu tarawna!


Emil Calleja Bayliss