Ilbieraħ 16 t’Ottubru l-iskola ta’ St. Michael ħabbret it-telfa tas-Sur Joseph Agius, l-għalliem tal-Istorja ta’ Malta fl-iskola.

“Il-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru – Aħbar li ħasditna. Illum wara nofsinhar miet ħabta u sabta s-Sur Joseph Agius, l-għalliem tal-Istorja ta’ Malta fl-iskola tagħna. Il-mara sabitu mejjet x’ħin irritornat lura d-dar wara x-xogħol,” ġie mik tub fuq il-paġna tal-iskola fuq Facebook.

“Is-Sur Agius illum fis-2.30pm kien għadu l-iskola u f’ġurnata sħiħa ma’ ilmenta minn xejn. Il-kawża tal-mewt tiegħu għadha mhix magħrufa, għalkemm l-ewwel sinjali huma li miet b’attakk tal-qalb. Kellu 55 sena.”

Il-paġna żvelat li l-funeral tas-Sur Joseph se jkun “nhar it-Tnejn 19 ta’ Ottubru fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq.”

Aħna minn Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi lill-familja, ħbieb u qraba tas-Sur Joseph, kif ukoll lil dawk kollha li qed iħossu t-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem.

Facebook/St Michael School


Nicole Barbara