Bħalissa kulħadd qiegħed jistenna l-iskedi l-ġodda li se jkunu qed joffru l-istazzjonijiet lokali mill-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.

Programm li qatt ma waqaf u li se jirritorna fuq l-istazzjon One huwa dak ta' Espresso. 

Espresso huwa l-programm li ilu jakkumpanja lil ħafna nies kull filgħodu għal dawn l-aħħar snin tant li lura f'dan ix-xahar laħaq l-elf darba li deher fuq l-istazzjon.

Espresso

Facebook / Espresso

Bi pjaċir inħabbru li mill-ġimgħa d-dieħla se tirritorna l-parti umoristika ta' dan il-programm peress li ġejja lura Agnes Pandolfino.

Niftakru li Agnes kellha tieqaf bil-maternity leave wara li ħarġet tqila mir-raġel tagħha tal-Awstralja id-Dundee.

agnes

Facebook / Agnes Pandolfino

B'hekk Agnes se terġa tingħaqad mal-preżentatur bravu Wayne Aquilina biex terġa tibda tagħmillu ħajtu kemxejn diffiċli.

Mal-iskeda l-ġdida ovvjament nistennew sett ġdid għal dan il-programm u ħafn'affarijiet oħra oriġinali kif dan it-tim jaf joffri ta' kull sena.

Awguri mingħandna ta' Gwida.mt!


Neville Refalo