Żgur li ħafna semgħu bil-personalita’ dħulija li naraw fuq Espresso, Agnes Pandolfino. Pero jista’ jkun li mhux it-telespettaturi kollha jafu bl-imħabba kbira li għandha ghall-annimali.
Is-Sibt li għadda fuq Sibtek ġiet mistoqsija f’hiex tixtieq li bintha tiġi tixbaħha u Agnes kienet pronta qalet: “Nixtieqha tixbaħni fuq li nħobb lill-annimali. Dik Importanti!”.
Aktar tard fl-intervista Agnes tispjega li ma tridx terġa tidħol fil-kċina waqt Espresso wara li darba minnhom il-kok mistieden ġab lobster ħaj fil-programm ovjament lest biex isajjru. Madankollu dik l-ikla ta’ wara l-programm xorta tibqa’ tidħol għaliha, basta mhux annimali!
Segwu aktar f’dan il-filmat hawn taħt biex taraw Agnes x’kellha aktar xi tgħid!