Hawnhekk ġbartilkom ftit mill-isbaħ espressjonijiet li qatt ħareġ bihom Karmelo Arancini waqt il-programm Min Imissu?! Nispera li tieħdu gost taqrawhom daqs kemm ħadt gost infittixhom u niktibhom jien.

Fuq omm Soraya Queen: “Naħlef li jekk iġġibielhi quddiemi se jiġini l-aptit li mmur ġol-funtana tat-Tritoni u ngħerreq lili nnifsi ġol-ilma mdawwal waqt il-parata tal-Indipendenza, qed tifhem?!”

Lil Eclaire dwar xagħru, sempliċiment għax iħobb joffendieh: “Dik ir-ras mimlija marshmallow.”

 Lill-ikbar fan ta’ Mark Mifsud: “Ċawla liebsa ta’ pippistrell, tista’ tgħidli min inti, min daħlek hawn ġew u wara kollox xil-porca male detta prima vera mingħalik li qed tagħmel?!”

 Lil Mark Mifsud: “Tippruvax tiġbor ġieħek għax iżjed mhu qed tgħid iżjed qed tagħżaq fil-ħ*ra ħanini.”

Lil Eclaire meta staqsa x’inhu upcycling: “Eclaire, qed tarah dal-bastun? Oħra bħal din u l-opotomija nagħmillek b’dal-bastun, qed tifhem?”

Eclaire: “L-opotomija x’inhi Sur Karm?”

Karmelo Arancini: “Google it, żibel! Upcycling iġifieri taqbad biċċa għamara tal-qamel u b’xi mod iġġibha tidher li għandha xi preġu ta’ xi ħaġa… eżatt kif għamlet ommok bik!”

Clint Gerald Photography


Nicole Barbara