Iż-żagħżugħ Malti, James John Gatt, fassal sistema ġdida tal-Android. Hu kien l-iżgħar parteċipant f;konferenza f’Berlin dwar sistemi operattivi tal-Android bl-isem ta’ Droidcon. Hu kien hemm fost 2,000 parteċipant ieħor u qal li bis-saħħa ta’ din il-konferenza, hu rnexxielu jwettaq sistemi teknoloġiċi.
James huwa student fl-Università ta’ Malta u kien ilu affaxxinat bit-teknoloġija minn meta kellu 12-il sena.
Hu qal rnexxielu jfassal din is-sistema bħala alternattivi għal dawk is-sistemi minn tal-fabbriki li jkollhom diversi limitazzjonijiet tal-frekwenza ta’ kemm jibqgħu jintużaw.
F’intervista ma’ TVM hu qal, “l-kumpilazzjoni tal-post jiddependi fuq ċertu post, l-apps, per ezempju, minn post ieħor, jieħu l-elementi ta’ kif tidher l-operating system minn bażi kbira biex inti meta jkollok difett jew waqfa fil-code jew aktar ‘il quddiem meta tkun qed tiżviluppa Android kif jogħġbok int u d-disinn tiegħu, tibdel l-affarijiet individwalment.”
TVM