Bħalissa hemm diversi filmati fuq il-pjattaformii soċjali bħal Instragram u TikTok ta’ nisa jaraw ix-xeni tal-attur Jude Law jisraq il-qlub mill-ġdid fil-film ‘The Holiday’. Fil-fatt fuq dawn il-pjattaformi, dan ix-xahar pie mlaqqam ix-xahar ta’ Jude Law.

Ħafna minn dawn il-filmati juru n-nisa b’mod komiku jieħdu pjaċir jaraw ix-xeni fejn Jude Law iħares fiss fil-kamera. Xi drabi ikun hemm ukoll l-irġiel jew għarajjes tagħhom ta’ parsi qed jgħiru waqt li qed jaraw il-film.

Il-film ‘The Holiday’ li ħareġ fl-2006 għandu t-talenti ta’ Kate Winselet, Jude Law, Cameron Diaz u Jack Black. Is-suċċess kbir tiegħu għamlu popolari ma’ żmien il-Milied anke wara dawn is-snin kollha.


Gwida.mt