Los Angeles Fl-Istati Uniti bħalissa hi maħkuma min-nirien li qed ikomplu jinxterdu u jkissru bosta djar. Los Angeles hi magħrufa bħala post fejn jgħixu ħafna ċelebritajiet u filfatt ħafna minn dawn iċ-ċelebritajiet qed jirrapurtaw fuq il-paġna tagħhom li għadhom kemm tilfu d-djar tagħhom fejn għamlu tant memorji speċjali.
Paris Hilton kitbet, “Qalbi maqsuma u spiċċajt mingħajr kliem. Bilqiegħda mal-familja naraw l-aħbarijiet u naraw id-dar tagħna f’Malibu tiġġarraf f’biċċiet dak il-ħin stess. Għamilna tant memorji prezzjużi f’din id-dar.”
In-nies kollha li jgħixu fin-naħat affettwati min-nirien evakwaw mid-djar tagħhom u kulħadd jinstab anzjuż jistenna xi telefonata li tilef id-dar tiegħu. Inżommu fit-talb tagħna lil dawn in-nies kollha affettwati min-nirien u nitolbu biex ma jdumx ma jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid.