It-tim ta’ Nostalġija xtaq jgħaddi messaġġ importanti fuq il-paġna uffiċjali. Fil-waqt li jsemmi l-atturi bravissimi li qed jagħtu ħajja lill-istorja, iroddu ħajr lil dawk kollha li ma jidhrux fuq it-televiżjoni tagħna kull nhar ta’ Tnejn, imma imnalla kienu huma!

“Ħafna drabi napprezzaw l-atturi bravi li qiegħdin jinterpretaw il-karattri u ninsew li warajhom hemm ukoll tim sħiħ ta' nies oħra li jagħmlu xogħol siewi ħafna biex il-produzzjoni ta' Nostalġija tkun suċċess. Tajjeb li nroddulhom ħajr għax-xogħol siewi u tajjeb ħafna li qiegħdin jagħmlu.” 

Jagħlqu billi mill-ġdid jirringrazzjaw lit-tim kollu.


Kyle Zarb