Is-sajf iġib miegħu ħafna sħana u għal uħud ukoll vaganzi jew ħinijiet iqsar ix-xogħol! B’hekk wieħed ikollu ftit aktar ħin fuq idejh. Tajjeb li wieħed igawdi ftit, hekk jew b’hekk f’dik is-sħana taqli ma tantx ikollok aptit tagħmel xi ħafna xogħol, ngħidu kif inhi!
Aħna naħsbu fik, allura ddeċidejna li nagħmlu lista ta’ affarijiet li dan is-sajf għandek tevita biex tgawdih sew u wkoll tieħu ħsieb tiegħek innifsek!
Taħseb fuq l-iskola!
Tagħmel Sajf rieqed!
Torqod xi raqda fuq xi ramla!
Tagħmel Sajf sħiħ maqful ġewwa!
Tagħmel xi bbq fejn mhux permess!
Tinsa’ tagħmel l-imbierek sunscreen!
Tiekol skoss ġelati! Nafu li kollha tajbin!
Tmur il-baħar b’affarijiet sentimentali jew li jiswew ħafna flus!
Jekk sibtu dan l-artiklu t’għajnuna u forsi taf lil xi ħaddieħor li jista’ jgħinu ukoll, mela ibgħatlu dan l-artiklu! Forsi taf int, dan is-Sajf ikollok iċ-ċans tgawdih aktar minn snin oħra bla problemi ta’ xejn! Aktar il quddiem ngħidulkom ukoll x’għandkom tagħmlu dan is-Sajf la darba forsi jkollkom ftit tal-ħin żejjed!